Merħba

San Vinċenz de Paul għandu impenn fit-tul għall-missjoni tiegħu, li jiffoka fuq li jipprovdi kenn u kura għall-anzjani l-aktar vulnerabbli f’Malta. Matul dawn l-aħħar snin, kien hemm investiment fi proġetti infrastrutturali, inkluż ir-rinnovazzjoni ta’ swali li issa għandhom tagħmir u faċilitajiet mediċi tal-aħħar teknoloġija. Barra minn hekk, ġew stabbiliti kliniċi ġodda, li jibbenefikaw mhux biss ir-residenti tagħna iżda wkoll individwi anzjani fi djar tal-kura residenzjali u dawk li jgħixu fil-komunità.

Bħalissa, ir-residenti tagħna jistgħu jesperjenzaw serħan tal-moħħ hekk kif jirċievu kura u attenzjoni speċjalizzata mit-tim multidixxiplinarju tagħna b’kompetenza fil-kura ġerjatrika. Minkejja li jinsabu f’faċilità, ir-residenti tagħna jgawdu minn atmosfera li tiffavorixxi l-familja, qishom jgħixu fi djarhom. Huma jieħdu sehem f’diversi attivitajiet ta’ kuljum organizzati biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom b’mod sħiħ.

Informazzjoni Importanti

Aħna mhux biss nipprovdu servizzi iżda aħna wkoll ċentru ta’ informazzjoni għal persuni anzjani, “carers” (professjonisti u oħrajn), kif ukoll studenti li jiġu jistudjaw u jqattgħu xi ftit tal-ħin mal-anzjani.