Ċentru ta’ Taħriġ

Dwarna

Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa San Vinċenz de Paul (SVP) ġie liċenzjat mill-MFHEA bħala Istitut ta’ l-Għola Edukazzjoni (Numru ta’ Liċenzja: 2015-010) fejn joffri t-taħriġ neċessarju għal kull impjegat u jassigura li l-professjonisti u dawk li jaħdmu mar-residenti jingħatalhom l-aħjar taħriġ b’mod professjonali.

Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa SVP ġie inawgurat f’2015, u mit-twaqqif ta’ dan iċ-ċentru żviluppaw ħafna proġetti oħra ta’ taħriġ sabiex jassiguraw l-aħjar kura lir-residenti kif ukoll tissaħħaħ r-riċerka u l-prattika fil-qasam tal-ġerjatrija mal-professjonisti tagħna.

Dan iċ-ċentru mhux biss inaqqas id-distakk bejn it-teorija u l-prattika mma saħansitra jinkoraġġixxi lit-tim multi-dixxiplinarju jikseb il-ħiliet neċessarji sabiex jiżviluppa kura ħolistika u individwali mar-residenti.

Il-koordinaturi ta’ dan iċ-Ċentru jaraw li jipprovdu l-aħjar prattika bbażata fuq l-aħħar u l-aħjar riċerka u jkomplu jakkreditaw korsijiet sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-klijenti tagħna.

Kommunikazzjoni kontinwa u sapport mit-timijiet tas-swali hija mportanti ħafna għal dan iċ-Ċentru. Dan għaliex studenti minn entitajiet oħra bħal skejjel sekondarji, kulleġġi vokazzjonali u oħrajn  saħansitra minn barra minn Malta jiġu jagħmlu esperjenza ġewwa swali ta’ SVP. Dawn l-istudenti jiġu sorveljati u mgħallma minn professjonisti ġewwa SVP. Permezz tad-dedikazzjoni u l-ħin tagħhom l-istudent imiss ir-realtà tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Fl-aħħar u mhux l-inqas sapport kontinwu min-“Nursing Speciality Unit” huwa ukoll ta’ importanza u ġid għal dan iċ-Ċentru sabiex inkunu nistgħu norganizzaw korsijiet aktar speċjali u prattika iktar speċifika fil-qasam tal-Ġerjatrija.

IQAP-01 – Polza Interna ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità għaċ-Ċentru ta’ Taħriġ

Miri u Għanjiet taċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa SVP:

  • Intejbu l-prattika klinika bbażata fuq ir-riċerka mal-infermiera u l-carers ta’ kull livell ġewwa SVP.
  • Insaħħu l-abbilitajiet, ħiliet, l-għarfien kif ukoll l-atitudni biex nassiguraw kwalità ta’ kura ħolistika mal-anzjani.
  • Inkabbru l-għarfien fil-qasam tas-saħħa.
  • Innaqqsu id-distakk bejn it-teorija u l-prattika permezz ta’ analiżi ta’ taħriġ mill-infermiera stess.
  • Noffru iktar opportunitajiet ta’ għarfien u taħriġ lill-impjegati u nies fil-komunità sabiex jattendu korsijiet li noffru ġewwa ċ-Ċentru ta’ Taħriġ, SVP.
Korsijiet kontinwi li noffru ġewwa ċ-Ċentru ta’ Taħriġ, SVP lill-impjegati tagħna:
  • Kura u Prattika fid-Dimensja (LAS1102)
  • Award in Moving & Handling (Level 4)
  • Award in Moving & Handling (Level 5)
  • Lezzjonijiet fis-swali
  • Taħriġ obbligatorju lill-infermiera
  • Korsijiet oħra skont l-esiġenza tad-dipartiment
Korsijiet oħra Kontinwi offruti miċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa SVP għall-pubbliku inġenerali:
Ikkuntattjana 

Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ jiftaħ kuljum u tistgħu ċċemplu fuq in-numri 22912473/22912485 jew tibagħtu e-mail fuq [email protected]