Is-Servizzi ta’ Speech Therapy

Ir-rwol tal-Speech Language Pathologist (SLP) f’San Vinċenz de Paul huwa li jippermetti komunikazzjoni effettiva għar-residenti b’disturbi fil-komunikazzjoni u li jippromwovi s-sigurtà fit-tibla għal klijenti b’disfaġja. Dan jinkiseb permezz ta’ ġerarkija ta’ għanijiet ta’ kura li jinkludu valutazzjoni, prevenzjoni u antiċipazzjoni, appoġġ u manutenzjoni ta’ kapaċitajiet u ħiliet, strateġiji li jippermettu, jirrestawraw, jew jirriabilitaw l-abbiltajiet u meta dan ma jkunx possibbli li jintervjeni b’mod paljattiv, biex b’hekk jingħata kontribut għas-salvagwardja tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti.